“Xokkanti” u “nepotiżmu” – Cristina titlef kawża kontra l-PM – One News

Notifiki

“Xokkanti” u “nepotiżmu” – Cristina titlef kawża kontra l-PM

Il-qorti tal-appell ikkonfermat sentenza fejn il-Prim Ministru ma kienx ħati f’kawża ta’ libell li l-eks Ministru Dolores Cristina kienet bdiet fil-konfront tiegħu.

Dan wara li kien tkellem fuq “nepotiżmu” b’rabta ma’ proċess li wassal biex ir-raġel ta’ bintha intgħażel għal post ta’ kirurgu f’Mater Dei. Il-Prim Ministru Muscat kien innota li l-impjieg kien wieħed irregolari.

Fil-fatt il-proċess kien wieħed li eventwalment spiċċa revokat u kellu jibda mill-ġdid. Dan seħħ għax Robert Cuschieri, il-qarib ta’ Cristina, ma kellux ir-rekwiżiti ta’ sentejn esperjenza kif kienet titlob is-sejħa.

Dakinhar Dolores Cristina kienet Ministru u baqgħet siekta wara li rriżulta dan kollu. Xi ħaġa li l-Prim Ministru, dak iż-żmien kap tal-oppożizzjoni ddeskriva bħala “xokkanti.”

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

1 Comment

  1. Dawn l-istess ghadom! Xokkanti u foloz. Tahsbu li jekk jitla il-PN, per ezempju, Toni Bezzina ma jergax japplika biex jibni fuq art vergni u ODZ?

    Jien ma nilghabx flus li ma japplikax!

    Il-PN huwa maggmul min-hafna nies foloz u jahsbu biss ghal rasom. Bhal ma qal wiehed minnhom li rega dahal fil-parlament wara by-election, il-PN sar kazin fejn kullhadd mohhu biex jara xse jigwadanja ghalih innifsu ( jew xi haga fdan is-sens). Fatt li ma jista jmerih hadd!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend