JINSTAB KATAVRU TA’ MARA FIL-BAĦAR TAŻ-ŻONQOR – One News

Notifiki

JINSTAB KATAVRU TA’ MARA FIL-BAĦAR TAŻ-ŻONQOR

Instab katavru ta’ mara fil-baħar taż-Żonqor għall-ħabta tas-07:30 dalgħodu. Il-katavru għadu mhux indentifikat, u ddaħħal Hay Wharf wara li ntlemaħ mill-Forzi Armati ta’ Malta.

S’issa għadu mhux magħruf jekk hux l-istess wieħed ta’ anzjana li kienet irrapportata li waqgħat il-baħar f’Tas-Sliema lbieraħ. Dan għaliex lanqas din il-mara ma ġiet identifikata. Ilbieraħ il-Forzi Armati ta’ Malta ġew mgħajta biex jagħtu l-ewwel għajnuna, il-ħelikopter u l-lanċa tal-forzi kienu involuti fit-tfittxija fil-baħar viċin il-lukanda Preluna. L-operazzjoni ta’ salvataġġ kienet diffiċli minħabba l-kundizzjoni tat-temp u d-dlam. Filfatt, wara sigħat ta’ tfittxija, it-tfittxija ġiet posposta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend