Għawdex u Kemmuna bl-ikbar ammont ta’ karozzi mqabbel mal-ammont ta’ residenti – One News

Notifiki

Għawdex u Kemmuna bl-ikbar ammont ta’ karozzi mqabbel mal-ammont ta’ residenti

L-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika ppubblika informazzjoni li tixħet dawl fuq is-sitwazzjoni fil-gżejjer Maltin fl-2015.

Jirriżulta li fl-2015:

  • L-ammont ta’ inċidenti tat-traffiku rrappurtati żdied b’7.1% fuq l-2014, u 37.5% ta’ dawn l-inċidenti kienu reġistrati fit-tramuntana.
  • Id-diżgrazzji tat-traffiku naqsu b’4.7% fuq l-2014.
  • Feriti mġarrba minn erba’ sewwieqa, żewġ passiġġieri u ħames persuni li kienu mexjin irriżultaw f’mewt.
  • L-ammont ta’ vetturi liċenzjati żdied b’rata medja ta’ 32 vettura kuljum.
  • Karozzi tal-passiġġieri ammontaw għal 79.4% tal-vetturi kollha liċenzjati, imma l-muturi irreġistraw l-akbar żieda, dik ta’ 9.3%.
  • Aktar minn nofs il-vetturi li għadhom kif ġew liċenzjati kienu wżati (second hand).
  • 60.6% tal-vetturi totali liċenzjati kellhom magni petrol.
  • Ftit aktar minn 40% tad-detenturi kollha tal-liċenzja tas-sewqan kienu nisa (fl-2010, is-sehem kien kważi 39%).
  • Kien hemm total ta’ 221 vettura misruqa.  Fi 43.9% tal-każijiet, il-vetturi nstabu.
  • L-għadd ta’ vetturi liċenzjati għal kull 1,000 residenti telgħet għal 799 minn 781 fl-2014.
  • Għawdex u Kemmuna kellhom l-ogħla numru ta’ vetturi għal kull 1,000 residenti, bin-numru jlaħħaq id-983. Fit-tieni post, in-Nofsinhar tal-pajjiż, b’736 vettura għal kull 1,000 resident.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend