Serqa armata minn ħanut fin-Naxxar – One News

Serqa armata minn ħanut fin-Naxxar

Għall-ħabta tas-12.45pm, seħħet serqa minn ħanut fi Triq 21 ta’ Settembru, n-Naxxar.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li żewġt irġiel mgħamda daħlu fil-ħanut u talbu flus lill-kaxxiera, mara ta’ 25 sena residenti n-Naxxar u mara oħra ta’ 50 sena residenti Ħ’Attard flimkien ma’ raġel ta’ 49 sena residenti Birkirkara.

L-irġiel ħarbu minn fuq il-post wara li serqu ammont ta’ flus kontanti.

L-investigazzjonijiet mill-Għassa ta’ San Ġiljan għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend