Tista’ tara l-klieb ta’ Noah’s Ark LIVE u tixtrilhom x’jieklu – One News

Notifiki

Tista’ tara l-klieb ta’ Noah’s Ark LIVE u tixtrilhom x’jieklu

Proġett ta’ crowfunding qed iġib flimkien organizzazjonijiet differenti u persuni li jieħdu ħsieb annimali abbandunati. Dan huwa filfatt proġett internazzjonali u jinkludi fost oħrajn santwarji mill-Ukrajna u l-Latvja, kif ukoll santwarju minn pajjiżna – Noah’s Ark.

Permezz tal-websajt www.animalslife.net, inti tista’ mhux biss issegwi dak li jkun għaddej fis-santwarju LIVE iżda tista’ ukoll tiċċekkja x’għandu bżonn is-santwarju biex jieħu ħsieb aktar minn 100 kelb abbandunat.

Fuq in-naħa ta’ isfel tal-websajt wieħed jista’ jara li s-santwarju, eżempju bħalissa, għandu bżonn ikel tal-klieb li jiswa €39 u għalhekk inti tista’ tuża din il-faċilità onlajn u tħallas għal dan l-ikel. Apparti dan wieħed jista’ ukoll japplika biex isir volontier u anke jaddotta.

 

Dawn huma ritratti meħuda mill-filmat dirett li jidher fuq din il-websajt minn żewġ kameras differenti.

               

Dan huwa metodu innovattiv ta’ kif aktar persuni mhux biss ta’ nazzjonalità Maltija iżda anke ta’ nazzjonalità barranija jagħtu l-għajnuna tagħhom biex il-volontiera tas-santwarji jkunu jistgħu jkomplu jaħdmu biex dawn il-klieb abbandunati jingħataw il-ħajja li tixraqilhom.

Jekk tixtieq tagħti l-għajnuna tiegħek u ssegwi b’mod dirett dak li jkun għaddej fis-santwarju tista’ tidħol fuq din il-link. 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend