Il-Pulizija qed tfittex żagħżugħ li qatel tifel ta’ disa’ snin – One News

Notifiki

Il-Pulizija qed tfittex żagħżugħ li qatel tifel ta’ disa’ snin

Fil-Ġermanja għaddejja tfittxija għal żagħżugħ ta’ dsatax-il sena li allegatament qatel il-ġar tiegħu li kellu biss disa’ snin. Iż-żagħżugħ mhux biss ta daqqiet ta’ sikkina lit-tifel iżda poġġa filmat tal-mument li qatel iċ-ċkejken fuq dik li hija msejjħa bħala dark web, parti sigrieta fl-internet fejn jinbiegħu pistoli, drogi flimkien ma’ ritratti u filmati ta’ abbuż tat-tfal.

Filfatt kienet persuna li għandha aċċess għal din il-parti tal-internet li għaddiet informazzjoni lill-Pulizija. Il-katavru tat-tifel instab f’kantina tal-inbid f’residenza f’Herne. Il-Pulizija qed tavża li ż-żagħżugħ huwa x’aktarx armat.

Bħalissa qed issir tfittxija mill-awtoritajiet Ġermaniżi fiż-żona industrijali ta’ Ruhr. Rapporti qed jgħidu li ż-żagħżugħ li qed jiġi mfittex jippratika l-arti marzjali.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend