Il-Korea ta’ Fuq tispara missili fil-baħar – One News

Notifiki

Il-Korea ta’ Fuq tispara missili fil-baħar

Il-Korea ta’ Fuq sparat erba’ missili mmirati fl-ibħra tal-Ġappun.

Huma ġew sparati mir-reġjun ta’ Tongchang-ri, qrib il-fruntiera ta’ Fuq taċ-Ċina.

Għadu mhux magħruf x’tip ta’ missili kienu.

Il-militari tal-Istati Uniti qalet li aktar kmieni saret taf li ġew sparati xi missili u wara li segwewhom, sostnew li l-Istati Uniti ma tinsabx fil-periklu.

Din hi waħda fost bosta missili li f’dawn l-aħħar xhur ġew sparati f’sensiela ta’ provi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend