ĊENTRU ĠDID għal persuni b’diżabilità; miżura oħra mwettqa – One News

Notifiki

ĊENTRU ĠDID għal persuni b’diżabilità; miżura oħra mwettqa

Ċentru ġdid bl-isem ta’ Skills Space se jkun qed jiffoka fuq l-abilità ta’ persuni b’diżabilità. Dan iċ-ċentru li infetaħ illum jinsab fiċ-ċentru ta’ Malta bil-għan li jintlaħqu aktar persuni li għandhom bżonn dawn is-servizzi.

Skills Space huwa proġett b’kunċett ġdid f’pajjiżna li jiffoka fuq l-abilità bi programmi varji u attraenti għal persuni b’diżabilità, carers u l-familjari tagħhom.

Il-post jinsab fil-qalba ta’ Tas-Sliema, u għalhekk ikompli jagħmilha aktar faċli biex persuni b’diżabilità jattendu għal dan il-programm, jintegraw aktar fil-komunità anke permezz ta’ parteċipazzjoni f’attivitajiet pubbliċi u eżerċizzji bħal passiġġati, soċjalizzazzjoni, xiri mill-ħwienet u bosta attivitajiet oħrajn.

Illum il-gurnata Agenzija Sapport għandha 11-il Ċentru ta’ Matul il-Jum fejn jattendu persuni b’diżabilità. F’din il-legiżlatura dan il-Gvern fetaħ tliet Ċentri li huma Spero, Gardjola, Għajnsielem Hub ġewwa Għawdex u llum se jinfetaħ ir-raba’ wieħed b’isem Skills Space.

 Dan l-ispazju għandu għanijiet ftit differenti miċ-Ċentri l-oħra li topera l-Aġenzija. Dan se jkun qed jiffoka aktar fuq Active Support għalhekk se jkun qed jiffoka fuq taħriġ b’mod prattiku kemm għall-persuni b’diżabilità kif ukoll għall-familjari tagħhom dejjem bl-għan li dawn itejbu l-ħiliet individwali tagħhom.

Il-programm ingħata l-isem ta’ Skills Space  mhux biss għax jilħaq persuni b’diżabilità, iżda għax se jkun qed joffri wkoll faċilitajiet ta’ taħriġ lil madwar 150 persuna fis-sena li jinkludu qraba u carers ta’ persuni b’diżabilità. It-taħriġ se jinkludi suġġetti bħal trobbija pożittiva għal persuni b’diżabilità, sesswalità u persuni b’diżabilità, nutrizzjoni, suġġetti marbuta mas-saħħa, gruppi ta’ sapport u diversi suġġetti oħra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend