Żewġ żgħażagħ Maltin premjati għall-kitba tagħhom – One News

Notifiki

Żewġ żgħażagħ Maltin premjati għall-kitba tagħhom

L-aġenzija żgħażagħ b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali tal-ktieb premjaw liż-żewġ kittieba rebbieħa tal-Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ. Ir-rebbieħa ta’ din is-sena huma Matthew Schembri u Antoinette Borg.

Il-Kap Eżekuttiv tal-aġenzija żgħażagħ, Miriam Theuma, stqarret li din il-kompetizzjoni twassal biex jinkitbu aktar kotba miż-żgħażagħ għaż-żgħażagħ. Liema kotba jinkitbu mill-perspettiva żagħżugħa u għalhekk aktar jattiraw liż-żgħażagħ tagħna lejn il-qari.

Din il-premjazzjoni ħalliet il-frott tagħha fuq il-kittieba rebbieħa tas-sena li għaddiet hekk kif matul is-sena huma ngħataw iċ-ċans li l-kotba tagħhom jiġu ppubblikati.

Is-Segretarju parlamentari Chris Agius stqarr kif din il-kompetizzjoni qed tkabbar l-imħabba taż-żgħażagħ lejn il-ktieb u lejn il-Malti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend