Salvu Mallia jattakka l-għajnuna mill-Gvern lid-dar tal-ALS – One News

Notifiki

Salvu Mallia jattakka l-għajnuna mill-Gvern lid-dar tal-ALS

Il-kandidat stilla ta’ Simon Busuttil, Salvu Mallia, għażel li jdaħħal il-politika partiġjana wkoll f’inizjattiva mill-iktar nobbli li ntlaqgħet mill-maġġoranza assoluta tal-poplu Malti. Dik li permezz tagħha l-Gvern se jħallas l-ispejjeż marbuta mad-dar għall-persuni bil-kundizzjoni tal-ALS li se tinfetaħ fuq inizjattiva ta’ Bjorn Formosa, wara li lbieraħ inġabru mijiet ta’ eluf ta’ ewro għal dan il-għan.

“Naf li hemm min se jarani ikrah ħafna imma l-verità hi din,” kiteb Salvu Mallia li b’ritratt ta’ Bjorn Formosa u l-Prim Ministru waqt Xarabank fejn argumenta li l-Prim Ministru niżel fil-baxx b’din l-inizjattiva tal-Gvern.

“Kif jista’ bniedem jinżel daqshekk fil-baxx u ma titkellimx,” qal Mallia li skont hu “Joseph jara x’jakkwista!”

Fl-aħħar xhur Salvu Mallia għajjar lill-Prim Ministru Hitler u l-agħar ħaġa li ġrat mill-pesta l’hawn.

Ta’ QabelLi Jmiss

16 Comments

  1. Salvu Mallia huwa mahruq li ngabret somma stupenda ghal Ghan nobbli u ghaliex Joseph Muscat bhas- soltu wera sensittivita’ kbira fejn jidhol il- mard. Ma felahx jara l- ferh genwin ghall- ahbar tant sabiha li ta l- ghaziz Prim Ministru. Salvu Mallia missu jaf ahjar. Kien hawn familjari ta’ MPs tal- PN ukoll li missithom ix- xorti hazina li jintlaqtu minn din il- Marda qerrieda.

  2. Imissu jisthi, ma nistax nifem kif taccetaw hmig dil kwalita fil Parlament, nispera li il quddiem hu jew xi membru tal familja tghijaw ma jigix bzonn din id dar u dak li se ihallas ghalih kull gvern laburist jew nazzjonalist. Fejn jithol il mard memx pulitka.

  3. Jekk x’hadd kellu x’dubju x’kwalita ta hdura ghandhom dawn in-nies nahseb li b’istqarija ta Salvinu issa nehija minn mohhu.

  4. Barra li dan Simon ġabru miegħu biex jipprova li xi Laburist jirreaġixxi għax jitlef l-erre, dan qed isir ukoll biex idawwar l-attenzjoni minn fuq il-każi ta’ korruzzjoni u l-problemi li għandu l-Partit Nazzjonalista.

    Għalhekk ħalluh waħdu, injorawh u kkonċentraw fuq il-Partit Nazzjonalista.

  5. XI BNIEDEM VILI !!!! IMBAGHAD SIMON BUSUTTIL JGHANNQU MIEGHU U JFAHHRU ! IL-POPLU MALTI U GHAWDXI KOLLU GHANDU JTIHOM LEZZJONI AKBAR MINN TA’ 4 SNIN ILU LIL DAWN IL.FARIZEJ !

  6. MHUX obvja li Joseph muscat ried jirkeb iz ziemel ta Peppi. Darb ohra immissu ta donazzjoni min butu, mela jb-ss b’s-rm haddiehor.

  7. Nahseb li nzilt fil baxx int Salv ghax biex tatakka gest bhal dan ghal kawza gusta vera trid tkun baxx meta l poplu kien maghqud f soledarjeta u int dahalt il politika fin nofs. Kien dmir l gvern li jaghmel l gest l ghamel fyq kollox int l ewwel wiehed ma emmintx li l ekonomija sejra tajba u Joseph ta risposta li jqassam ftit mil gid.

  8. Ara biex se jersaq ghal-elezzjoni Simon Busuttil, b’Salvu Mallia u David Thake ! Issa sta ghal-Maltin u l.Ghawdxin biex jaghtu risposta lil Salvu Mallia, David Thake u Simon Busuttil li tant jammirahom !

  9. Mela issa biex dan il besqa ma jikkunmmentax kien imissu l-PM jghid le, halli mbaghad kien jerga johrog dan il besqa jitkaza li ma ghenhomx. Fejn jidhol il mard ma hemmx politika u kull ghajnuna tghin u hi ta min japprezzaha tigi min fejn tigi. Min jaf jekk ikun marid hu Salvu jippretendix l-ghajnuna u jekk joqghodx ihares lejn wicc min se jghinu.

  10. Malta kollha wara Bjorn u din l-inizjattiva tal-Gvern minbarra Salvu Webbes —elett mill-ewwel count !!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend