Għada ż-Żabbarin joħorġu fit-toroq għall-pellegrinaġġ Ħadd in-Nies – One News

Notifiki

Għada ż-Żabbarin joħorġu fit-toroq għall-pellegrinaġġ Ħadd in-Nies

Ta’ kull sena mijiet ta’ nies jinġabru f’Ħaż-Żabbar għall-pellegrinaġġ tradizzjonali magħruf bħala Ħadd in-Nies. Dan se jkun qed isir għada fl-4.30pm.

Din hija okkażjoni li sena wara oħra Żabbarin u Maltin jingħaqdu flimkien għall-ewwel Ħadd tar-Randan li ilu jsir sa minn żmien il-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann.

Din is-sena se tkun okkażjoni speċjali għal dawk devoti dan hekk kif l-Arċisqof Charles Scicluna aċċetta li l-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja tibda takkumpanja dan il-pelleġrinaġġ penitenzjali.

Din kienet talba li saret wara li s-sena li għaddiet l-istatwa nħarġet fl-okkażjoni tal-400 sena Parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend