Tinfirex infezzjoni fl-isptar Mount Carmel – One News

Notifiki

Tinfirex infezzjoni fl-isptar Mount Carmel

L-Awtoritajiet tas-saħħa llum ġew infurmati li fl-isptar Mount Carmel infixret l-infezzjoni msejħa gastroenteritis.

Is-sintomi relatati ma’ din l-infezzjoni ġew rapportati f’għaxar swali tal-isptar Mount Carmel, żewġ pazjenti minn dawk affetwati ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura.

Dwar dawn il-każijiet inħatret investigazzjoni mis-Sovraintendent tas-saħħa pubblika biex is-sitwazzjoni tiġi analizzata. Miżuri biex din l-infezzjoni tiġi kkontrollata daħlu immedjatament fis-seħħ, b’dawk infettati tpoġġew fi kmamar separati mill-bqija tal-pazjenti.

Qed issir spezzjoni ukoll fil-kċina tal-istess sptar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend