Suldati se jitħallsu l-overtime fi żmien il-Presidenza – One News

Notifiki

Suldati se jitħallsu l-overtime fi żmien il-Presidenza

Daħal fis-seħħ ftehim bejn il-Gvern u l-General Workers’ Union li matul il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea se jara s-suldati jitħallsu mill-Forzi Armati allowance ta’ €10.50 għal kull siegħa li jaħdmu wara t-48 siegħa xogħol.

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela rrimarka kif dan l-arranġament se jibqa’ fis-seħħ sa tmiem il-Presidenza Maltija. B’hekk il-Gvern qed juri li mhux biss japprezza l-ħidma tal-Armata bil-kliem, iżda anke bil-fatti.

Huwa nnota li l-membri tal-Armata qatt ma tħallsu ta’ overtime minkejja li jkunu bosta d-drabi li jkunu mitluba jaħdmu sigħat addizzjonali mat-48 siegħa fil-ġimgħa.

Il-Ministru Abela jagħmel referenza għax-xogħol addizzjonali mwettaq mill-membri tal-Korp tal-Pulizija li jmur lil hinn mill-ħinijiet tax-xogħol tagħhom u li dawn se jitħallsu skont il-ftehim tas-sena 2012.

Spjega li l-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tpoġġi bosta responsabbiltajiet fuq pajjiżna inklużi dawk marbuta mas-sigurtà interna u tal-fruntieri Maltin u Għawdxin imwettqa mill-Forzi Armata ta’ Malta u mill-Korp tal-Pulizija.

Filwaqt li fisser l-apprezzament tiegħu għall-ħidma mwettqa b’dedikazzjoni partikolarment f’perjodu daqstant importanti fejn il-lenti Ewropea qiegħda mitfugħa fuq pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend