Il-Prim Ministru f’Ċipru; jissoktaw iż-żjarat – One News

Notifiki

Il-Prim Ministru f’Ċipru; jissoktaw iż-żjarat

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kompla bl-impenji tiegħu fit-tour tal-kapitali Ewropej b’laqgħa mal-President ta’Ċipru Nicos Anastasiades.

Id-diskussjonijiet iffukaw fuq is-sitwazzjoni f’Ċipru, l-immigrazzjoni, Brexit u l-futur tal-Unjoni Ewropea.

 Il-President ta’ Ċipru awgura lil pajjiżna għall-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u qal li huwa importanti li pajjiż bħal Malta qed ipoġġi fuq quddiem ir-realtajiet tal-Mediterran. 

Il-Ministru all-Affarijiet Barranin George W. Vella u s-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-UE 2017 u għall-Fondi Ewropej Ian Borg akkumpanjaw lill-Prim Ministru għal-laqgħa f’Ċipru.

Ritratt: Omar Camilleri – DOI

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend