Il-bestja, is-sabiħa u Marigold – One News

Notifiki

Il-bestja, is-sabiħa u Marigold

Il-film Beauty and the Beast se jkun qed jintwera għall-ewwel darba f’Malta fis-swali taċ-ċinima tal-Embassy, bil-fondi li se jinġabru fl-ewwel ġurnata se jmorru għall-Marigold Foundation.

Il-film se jkun qed jixxandar fis-17 ta’ Marzu fit-20:30 ta’ filgħaxija u wara se jkun qed jittella’ festin tal-okkażjoni.

Dan tħabbar minn mart il-Prim Ministru u Ċerpersin tal-Marigold Foundation, Michelle Muscat. Muscat qalet li din hi t-tieni darba li l-Embassy Cinemas qed jikkolaboraw għal għan nobbli.

L-għada ta’ din l-okkażjoni, fit-18 ta’ Marzu, f’pajjiżna se jkunu qed jitlaqqgħu bosta professjonisti biex jindirizzaw il-kawżi u l-ħidma dwar il-mard rari.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend