Daqt tkun tista’ tieħu stessu ma’ persuni li mietu – One News

Notifiki

Daqt tkun tista’ tieħu stessu ma’ persuni li mietu

 

App li se tkun qed tipprovdi l-possibiltà li tieħu stessu ma’ persuni li kienu għal qalbek u mietu qed tinħoloq fil-Korea t’Isfel.

Meta l-kumpanija Elrois, il-moħħ wara din l-app, ġiet mistoqsija jekk din l-idea hix waħda stramba, rappreżentanta għall-kumpanija, Eun Jin Lim, qalet li “filwaqt li jaf ikun hemm min isibha stramba din l-idea, bosta jieħdu gost li se jkunu qed jingħataw ċans biex joħolqu memorji ġodda ma’ persuni li m’għadhomx f’din id-dinja.”

Rigward jekk il-memorji li jkunu qed joħolqu humiex memorji foloz u mhux vera, Jin Lim qalet li “jien għalija vera jkunu għax ir-ritratt qiegħed hemm biex ifakkarni li l-persuna li tant ngħożż dejjem hi preżenti f’moħħi u f’qalbi.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend