Miljunarju ġdid – Sab il-biljett sena wara li rebaħ – One News

Notifiki

Miljunarju ġdid – Sab il-biljett sena wara li rebaħ

Jekk irbaħt xi lotterija u l-biljett rebbieħ ma tistax issibu, din l-istorja se ttik ftit tama u kuraġġ. Hekk kif Awstraljan anzjan sar miljunarju wara li sab il-biljett rebbieħ tiegħu sena wara li n-numri tiegħu kienu dawk rebbieħa. Huwa sab il-biljett tiegħu waqt li kien qed inaddaf il-karozza tiegħu.

L-anzjan minn Newcastle f’New South Wales, xtara il-biljett tiegħu f’Jannar 2016 u sabu fil-qiegħ ta’ baskett tax-xiri.

“Kont qed inaddaf il-karozza fi tmiem il-ġimgħa u poġġejt basktijiet tax-xiri ġodda fil-karozza hekk kif dawk li kellhi kienu spiċċaw u kien dak il-ħin li ħadt is-sorpriża,” spjega l-anzjan. Huwa stqarr li ma kellu ebda idea li l-biljett kien propju f’dan il-basket f’dawn ix-xhur kollha. Huwa rebaħ ftit aktar minn miljun dollaru Awstraljan.

“Se jkun hemm numru ta’ persuni li se jgawdu miegħi. Irrid ngħin lit-tfal tiegħi biex iħallsu d-dejn tad-dar tagħhom u ngħin lin-neputijiet tiegħi fl-edukazzjoni tagħhom.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend