Il-Prim Ministru f’laqgħa mal-Prim Ministru Grieg – One News

Notifiki

Il-Prim Ministru f’laqgħa mal-Prim Ministru Grieg

Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mal-Prim Ministru tal-Greċja Alexis Tsipras f’Ateni bħala parti mit-tour tal-kapitali Ewropej waqt il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Matul il-laqgħa ż-żewġ Prim Ministri tkellmu dwar il-bżonn ta’ Ewropa iktar soċjali li tpoġġi fuq quddiem it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi. Il-futur tal-Ewropa jrid ikun wieħed li jagħti importanza ikbar lid-dimensjoni soċjali u l-kwalità tal-ħajja tan-nies.

Il-Prim Ministru qal ukoll li l-pilastru soċjali huwa wieħed li jrid jingħata iktar importanza fuq livell Ewropew u li Malta, flimkien ma pajjiżi li jaħsbuha bl-istess mod, se jkomplu jagħfsu biex tkun parti integrali mis-suċċess tal-UE.

Ġiet diskussa l-importanza tal-Mediterran bħala żewg pajjiżi min-naħa ta’ isfel tal-Ewropa. Ġiet diskussa wkoll il-kwistjoni tal-immigrazzjoni fejn kien hemm qbil li l-Ewropa mxiet ‘il quddiem f’din il-kwistjoni iżda li fadal ħafna xi jsir mil-lat ta’ solidarjetà effettiva.

Il-Prim Ministru Tsipras faħħar il-progress ta’ Malta waqt il-Presidenza Ewropea u qal li jappoġġja l-prijoritajiet ta’ Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend