“Jekk nerġa’ niġi, ninvesti f’Thermos!” – One News

“Jekk nerġa’ niġi, ninvesti f’Thermos!”

Turist Malti ppublika dan ir-ritratt wara li żar Venezia.

Ta’ żewġ kafè u ‘hot chocolate’, il-kont tela’ kważi tletin ewro. Huwa ċar li xejn ma ħa pjaċir bil-kont, tant li kkummenta ‘jekk nerġa’ niġi, ninvesti f’Thermos”.

Tabilħaqq li l-prezz ta’ kemm wieħed iżomm għal servizz jiddependi minn kemm is-servizz ikun tajjeb. Hemm min jargumentalek li ma tħallasx biss għall-prodott, ċioe ix-xorb f’dan il-każ, imma għas-servizz, għall-veduti, għall-esperjenza.

Minn naħa l-oħra, hemm ukoll min jgħid li l-prezzijiet dejjem qed jiżdiedu għal affarijiet li qabel ma kinux jiswew aktar minn kemm għandek swaba’.

Kieku inti tħallas tletin ewro għal tliet kikkri?

 

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. Piazza San Marco mijiex il pjazza tar rahal. Nahseb li dan it turist kin jaf x se ihallas qabel ma pogga u tefa dan ir ritratt bil kumment b mod sarkastiku

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend