AĠĠORNAT: IL-VITTMA HUWA N-NEGOZJANT DAVID ABELA – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: IL-VITTMA HUWA N-NEGOZJANT DAVID ABELA

Il-pulizija qed tinvestiga l-mewt tan-negozjant David Abela li nstab mejjet fir-residenza tiegħu, speċifikament imgeżwer b’liżar fis-sodda tiegħu u x’aktarx kien marbut bit-tape, fi Triq il-Ġiżi fis-Swieqi. Abela huwa s-sid ta’ 21st Century, kumpanija tal-karozzi tal-kiri lussużi u Direttur ta’ Aviaserve Ltd.

Ir-raġel għandu 51 sena u huwa residenti s-Swieqi. Il-Pulizija qalet lil one.com.mt, li mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li dan kien omiċidju. Huwa mifhum li Abela miet b’daqqiet ta’ arma li taqta’ u bil-ponta.

Il-vittma m’huwiex magħruf mal-Pulizija u għalhekk il-Pulizija mhux qed tassoċja dan l-omiċidju ma’ wieħed ta’ kriminalità organizzata.

Ifetħet minnufih investigazzjoni mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa. Sorsi fuq il-post qalu lil one.com.mt li r-raġel instab f’għadira demm.

Fuq il-post issejħet ambulanza iżda r-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Aktar informazzjoni għada qed taslilna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend