L-Oppożizzjoni bi ħrafa dwar il-liġi tal-istampa – One News

L-Oppożizzjoni bi ħrafa dwar il-liġi tal-istampa

Il-Gvern innota li huwa ta’ tħassib li, fejn tidħol il-liġi tal-istampa, l-Oppożizzjoni qed iġġib il-fatti l-aktar bażiċi ħżiena.

Wara li ilha legiżlatura sħiħa tgħid li se tneħħi l-libell kriminali, imbagħad insiet tagħmel dan fl-ewwel opportunità, issa x-Shadow Minister tal-Ġustizzja Jason Azzopardi ħareġ bil-ħrafa li l-piena ta’ ħabs fil-libelli kriminali tneħħiet diġà, u ilha mneħħija għal iktar minn għaxar snin.

Daqqa t’għajn, anke ħafifa u bażika, lejn il-liġi preżenti dwar l-istampa turik li l-piena ta’ ħabs għadha possibbilità għall-ġurnalisti f’pajjiżna, fi proċeduri ta’ libell kriminali taħt l-artiklu 12(2)(b) tal-Att preżenti dwar l-iStampa, jekk ġurnalist ma jirnexxilux jipprova l-verità tal-fatti.

Stqarrija tal-Ministeru għall-Ġustizzja spjegat li huwa stramb ħafna li Jason Azzopardi ħa żball daqshekk bażiku, meta hu kien l-ewwel wieħed li mar jirrapporta lill-ġurnalisti lill-Pulizija biex jieħdu azzjonijiet kriminali kontra tagħhom.

Intant, dwar id-dibattitu fejn jidħlu l-kawżi pendenti ta’ libell kriminali, hekk kif tgħaddi l-liġi l-ġdida dwar il-Media, il-Gvern fakkar li fil-proposta legiżlattiva, ġie pprovdut li f’dawn il-kawżi l-Qorti tkun tista’ timponi biss multa u mhux priġunerija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend