Studenti Maltin b’kumpanija ġdida – One News

Notifiki

Studenti Maltin b’kumpanija ġdida

 Nitkellmu ħafna dwar l-innovazzjoni u l-benefiċċji li jista’ jkollha, u propju grupp ta’ tmien studenti li jattendu l-iskola ta’ De La Salle ħarġu b’idea li propju tikkonferma dan. Dawn l-istudenti, fetħu kumpanija bl-isem ta’ Flair, li ħarġu bi prodott li qed jgħin lil ħafna studenti li qed jistudjaw għall-eżamijiet  f’livell ordinarju. L-idea tagħhom introduċiet mod alternattiv ta’ kif wieħed jistudja.

Huma ħarġu b’pakketti ta’ flashcards li jiġbru s-sillabu ta’ għaxar suġġetti u huma spjegati b’mod sempliċi fuq kull naħa ta’ dawn il-cards. Wieħed jista’ jagħmel użu minnhom anke biex ta’ kuljum jagħmel reviżjoni ta’ dak li jkun qed jistudja l-iskola filwaqt li huwa metodu aktar interattiv u li jinżel għasel ma’ dawk l-istudenti li l-metodu tradizzjoni tal-istudju mhux addatat għalihom.

Is-suġġetti offruti huma:

  • Matematika
  • Ingliż
  • Malti
  • Malti Letteratura
  • Fiżika
  • Bijoloġija
  • Kimika
  • Ekonomija
  • Accounts
  • Informatika

Wieħed jista’ jserraħ moħħu ukoll għall-kontenut li tpoġġa fuq dawn il-flashcards, hekk kif ġie ivverifikat mill-għalliema tal-istess skola. Filfatt, dawn jistgħu ukoll jiġu użati mill-għalliem fil-klassi.

[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/news/wp-content/uploads/2017/02/Flyer-2-1.pdf” title=”Flyer-2 (1)”]

 

Dawn l-istudenti ħasbu ukoll f’żgħażagħ li huma dyslexic u b’kollaborazzjoni ma’ grupp ta’ żgħażagħ, Dyslexic Teens Dialogue ivverifikaw li dawn il-flashcards huma addatati ukoll għal dawn l-istudenti. Apparti minn hekk, parti mill-qliegħ li l-grupp ta’ żgħażagħ qed jagħmlu minn dan il-prodott qed jissarraf f’aktar għajnuna finanzjarja lil din il-fondazzjoni biex tkun tista’ tkompli tgħin lil studenti dyslexic.

L-għan ewlieni wara dawn in-noti qosra huwa li jippreparaw lill-istudenti għall-eżamijiet tagħhom fl-inqas ħin. Meta wieħed juża dawn il-flashcards ikun kontinwament qed jeżamina lilu nnifsu fuq dak li taf jew ma tafx. Mekkaniżmu ta’ studju li jissejjaħ metacognition, li jgħinek tiftakar l-informazzjoni li tkun studjajt.

Apparti l-għaxar suġġetti offruti, dawn l-istudenti ħarġu b’numru ta’ flashcards oħra li jgħinu lil studenti dyslexic fl-ortografija u l-fonetika.

L-idea ta’ dawn l-istudenti sabet l-għajnuna mill-iskola De La Salle flimkien mal-Junior Achievement Young Enterprise u Dyslexic Teens Dialogue.

Il-prezz ta’ dawn in-noti qosra jibda minn €5.50 u jistgħu jiġu ordnati minn fuq din il-website.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend