“Meta hemm il-ħajja, hemm it-tama li tista’ tfiq” – Antonella Rogers – One News

Notifiki

“Meta hemm il-ħajja, hemm it-tama li tista’ tfiq” – Antonella Rogers

Antonella Rogers – isem li sar sinonimu ma’ ħafna nies hekk kif din il-mara ta’ kuraġġ qed tuża s-sitwazzjoni diffiċli tagħha biex tgħin lil ħaddieħor, jew aħjar timlieh b’kuraġġ liema bħalu. Ta’ 35 sena, Antonella, propju f’Settembru saritilha d-djanjosi mit-tobba, liema djanjosi ma tantx ġabitilha aħbarijiet sbieħ hekk kif t-tobba qalulha li għandi kanċer tas-sider aggressiv. Filfatt, kien biss ftit ġimgħat wara li bdiet iċ-ċiklu diffiċli tal-kimoterapija.

Ftit tal-jiem ilu, Antonella, wara sitt ċikli ta’ kimoterapija bdiet tibki, iżda b’xorti tajba dan kien biki ta’ ferħ hekk kif qabel l-operazzjoni li għamlet propju l-Erbgħa wara ħafna żmien it-tobba kellhom aħbarijiet sbieħ. Hija ngħatat l-aħbar li l-kanċer tagħha kien naqas b’75%. Inkun onesta, li impressjonajt ruħi meta kellimt lil din il-mara ftit sigħat biss wara l-operazzjoni u qaltli: “I just did my major operation today and I’m super strong.” Żgur li mhux kliem li nisimgħu ħafna drabi wara li persuna tkun għaddiet minn esperjenza qarsa ta’ dan it-tip. Huwa propju dan li jagħmel lil Antonella Rogers differenti minn ħaddieħor, kuraġġ liema bħalu li nasal nemmen li vera kien nofs il-fejqan tagħha.

Kien f’dan il-mument, li Antonella rringrazzjat lil dawk kollha “li kienu hemm għalija, li żammewli ideja meta kont se naqta’ qalbi u lil dawk kollha li ħadu ħsiebi. Lill-familjari tiegħi u lil dawk li minkejja ma nafhomx xorta waħda pruvaw jgħinuni.

Iżda din ma kinitx esperjenza negattiva biss għal din il-mara kuraġġuża, tammetti li għall-bidu hija sabitha diffiċli biex taffaċja din ir-realtá li kienet ħakmitha bla għażla iżda din waslet biex illum Antonella qed tgħin nies oħra jbidlu l-lenti li minnha jħarsu lejn il-ħajja. Hija qed tgħin nies li ukoll qed jiġġieldu kontra sitwazzjoni li tista’ toqtolhom, dawk li jieħdu d-drogi. Hija tkellmet ma ‘dawn il-persuni u użat l-esperjenza tagħha biex tgħinhom ikunu pożittivi.

Ilbieraħ, Antonella kellha aħbar tajba hekk kif fi kliemha wara xhur ta’ tbatija “got fired from Mater Dei.” Alla tagħni s-saħħa biex minkejja ma rqadtx u kont muġugħa ħafna, bqajt kuraġġuża u llum se nmur id-dar. Grazzi tas-sapport tagħkom u kuntenta li se nkun qed nuża l-ġranet tiegħi biex ngħin lil ħaddieħor. Inħobbkom kollha.”

Għalikom, dik il-mara kellha messaġġ:

“Il- messaġġ tiegħi hu li f’ċirkostanzi ta’ mard wieħed qatt m’ għandu jaqta’ qalbu anka meta l-affarijiet jidru ħżiena. Wieħed għandu jżomm ruħu pożittiv kemm jista’ jkun u jekk ma jkollux kuraġġ iffittex l-għajnuna professjonali u ta’ Alla. Jiprova ukoll min xi ħaġa li hi negattiva joħrog xi ħaġa pożittiva wara li jkun għamel ftit kuraġġ u jkun ta’ għajnuna lil ħaddieħor. Iżda l-aktar messaġġ importanti huwa li wieħed jżomm f’moħħu li meta hemm il-ħajja hemm it-tama li tista tfiq.”

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend