Notifiki

Hold-up armat ieħor fir-Rabat

Ammont ta’ flus insterqu minn banka tal-lottu fi Triq San Pawl, ir-Rabat. Dan il-hold-up seħħ għall-ħabta ta’ 4.45pm minn raġel li allegatament kien armat b’sikkina.

Huwa daħal fil-banka tal-lottu liebes hoody u nuċċali tax-xemx u wara li talab il-flus lill-impjegata, mara ta’ 58 sena residenti r-Rabat huwa ħarab minn fuq il-post.

Il-Ħamis one.com.mt irrapporta li kienet seħħet serqa oħra fl-istess it-triq minn ħanut tal-ħwejjeġ.

Għal dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali li se titmexxa mill-Maġistrat Dr Josette Demicoli.

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend