S&P TIKKONFERMA L-BŻONN TAL-IMPJANT TAL-GASS – One News

Notifiki

S&P TIKKONFERMA L-BŻONN TAL-IMPJANT TAL-GASS

L-aġenzija internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu Standard and Poor’s ikkonfermat ir-rating BB- tal-Enemalta, filwaqt li qalet temmen li l-futur tal-korporazzjoni huwa wieħed stabbli. F’rapport ippubblikat ftit tal-minuti ilu Standard and Poor’s qalet li l-Enemalta se jkollha prestazzjoni operattiva u finanzjarja stabbli bejn l-2016 u l-2018.

Fir-rapport ippublikat il-Ħamis intqal ukoll li l-pjan tal-Gvern li jaqleb minn power station li taħdem bil-Heavy Fuel Oil għal waħda li taħdem bil-gass jinsab fit-triq it-tajba. Fil-fatt, l-esperti ta’ Standard and Poor’s sostnew li dan il-pass se jwassal biex l-Enemalta tiffoka fuq it-titjieb fl-effiċjenza tas-sistema ta’ distribuzzjoni.

Dan hekk kif kulma jmur qed tiżdied id-domanda għall-elettriku fil-gżejjer Maltin. Domanda li qed tissupera r-rata ta’ tkabbir fil-provvista fit-tul ta’ 2%.

B’Standard and Poor’s issemmi kif din iż-żieda fid-domanda hija attribwietha għat-tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Wegħda elettorali li Gvern Laburista wettaq.

Ingħad ukoll li l-preżenza ta’ azzjonist privat b’minoranza li għandu kapital fl-Enemalta tnaqqas ir-riskju li jkun hemm indħil politiku fuq il-mekkaniżmu li jistabbilixxi l-kontijiet fil-futur.

Il-kummenti taċ-chairman tal-Enemalta l-Inġ. Fredrick Azzopardi

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend