Aktar minn 295 persuna tressqu l-Qorti wara li ħebbew għall-membri tal-Korp

Kienu 241 Pulizija li sofrew minn xi inċident waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Dan qalu l-Ministru Carmelo Abela fi tweġiba Parlamentari għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Etienne Grech. Dan in-numru jagħti rendikont tan-numru ta’ Pulizija li sofrew minn ġrieħi waqt li kienu xogħol minn Marzu 2013 sa 22 ta’ Frar 2017.

Mis-sena 2013 sa l-aħħar ta’ Jannar 2017, kien hemm 295 persuna li tressqu l-Qorti fuq akkużi li ħebbew jew attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Waqt li hemm diversi każi li għadhom sub-judice u xi ftit li ġew illiberati, kien hemm 208 persuna li nstabu ħatja. Il-pieni li ngħataw kienu jvarjaw minn priġunerija, sentenzi sospizi, probation, multi u kien hemm xi każi fejn il-persuni ġew imwiddba. 

Filfatt, ftit tal-jiem ilu ONE.COM.MT irrapporta każ fejn Spettur tal-Pulizija u żewġ Kuntistabbli sfaw aggrediti fl-awla tal-Qorti. Każ ieħor li ġibed l-attenzjoni tal-midja kien il-każ ta’ Pulizija li qala xebgħa kbira. Iżda dawn ma jkunux l-unika inċidenti li fihom ikunu nvoluti l-Pulizija, bl-aħħar inċident fit-toroq tagħna kien dak fil-ġurnata li l-mexxejja Ewropej kienu f’pajjiżna għas-summit.
Il-Pulizija jagħmlu minn kollox biex jiproteġu lilna ċ-ċittadini u xi kultant jispiċċaw vittmi huma ukoll fil-qadi ta’ dmirijithom.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend