Pauline minn Strada Stretta: għaliex lettur l-Università kien jitfixkel meta jaraha – One News

Pauline minn Strada Stretta: għaliex lettur l-Università kien jitfixkel meta jaraha

Pauline Fenech ħafna jafuha bħala dik li tmexxi ħanut tax-xorb fi Strada Stretta. Iżda tkellimna magħha għal raġuni kompletament differenti, ċioe l-fatt li daħlet l-Università meta kellha 40 sena.

Ċifri ppublikati mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika jindikaw li fis-sena akkademika li għaddiet, kien hemm żieda fl-età tal-istudenti f’kull livell edukattiv, speċjalment fost dawk li kienu qed jistudjaw part-time.

Ridna nkunu nafu dwar l-esperjenza ta’ Pauline. Kien hemm tlajja u nżul, u episodji umoristiċi wkoll.

X’ħajrek biex tistudja?

Jien dejjem ridt nistudja l-Ingliż, u l-letteratura dejjem kienet is-suġġett favorit tiegħi. Imma meta kont zgħira ma ħsibtx li stajt immur l-Università, għalkemm meta kont adoloxxenti dejjem kont inqatta’ l-ħin naqra kotba klassiċi bl-Ingliż.

Ta’ 40 sena dħalt l-Università għal kors tal-Ingliż u l-letteratura. Studjajt il-letteratura moderna u kontemporanja flimkien mal-kritika. Dan il kors ta’ tliet snin tani l-għoddod meħtieġa biex nifhem aħjar dak li jrid iwassal l-awtur bl-istorja tieghu.

X’kien bi ħsiebek tikseb permezz tal-istudji?

Ma kelli l-ebda hsieb li nghamel xejn. Ridt ngħix l-esperjenza u għalija kien biżżejjed li nitgħallem affarijiet ġodda. Il-fatt li kont naqra u nifhem ċerta elementi tal-istorja u ngħaraf il-ħsieb tal-awtur, jew forsi kif l-istorja taffetwa l-ħsieb tiegħi, kien biżżejjed għalija. Imma filfatt spiċċajt l-ewwel ngħallem l-Ingliż u issa qed immexxi skola zgħira tal-Ingliż u r-Reggie Miller Foundation.  Hemm niffokaw fuq korsijiet li bihom intejbu il-ħiliet ta’ ħaddiema li bi ftit ghajnuna jistgħu jkomplu javvanzaw fil-karriera tagħhom.

Kif kampajt bil-familja u finanzi?

Ma kinitx faċli u kellna nagħmlu sagrifiċċji kbar. Imma nistqar li meta studjajt għall-Masters kien hemm skema tal-Gvern  ‘Master It’ u l-għajnuna finanzjarja għamlet l-affarijiet ħafna iktar faċli.

Ħassejtek komda f’kuntest ta’ ħafna żgħażagħ on campus li forsi jkollom inqas responsabilitajiet?

Iva ta, kont sirt qisni waħda minnhom u naħseb li importanti li tirrealizza li inti studenta issa u qed titgħallem daqs iż- żgħażagħ. L-Università ma hemmx maturita tal-età imma maturità tal-ħsieb.

Hemm xi rakkont ta’ xi ġrajja li se tibqa’ tiftakar?

Iva, ħafna drabi konna inkunu qed nistennew wara xi bieb ta’ xi sala u kien hemm lettur li x’ħin joħroġ mis-sala kellu ħabta jiskuża ruħu miegħi għax hallini nistenna. Kien jaħseb li jien kont il-lettur u mhux studenta!

Parir lil min jiddeċiedi jkun mature student?

Go for it! Esperjenza indimentikabli u inti bħala persuna tikber u il-ħsieb tiegħek ikompli jimmatura.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply to Jessica Micallef Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend