“Il-mibegħda u l-odju li għandhom l-Oppożizzjoni hi xi ħaġa li qatt ma rajtha” – One News

“Il-mibegħda u l-odju li għandhom l-Oppożizzjoni hi xi ħaġa li qatt ma rajtha”

Il-Ministru Helena Dalli illejlla fil-parlament ħaditha qatta’ bla ħabel kontra l-Oppożizzjoni wara li rreferiet għall-istqarrija “moqżieża” li nħarġet mill-Partit Nazzjonalista fejn inqtal li l-Gvern qed juża nies LGBT bħala diversiv.

Il-Ministru, emozzjonata  għall-aħħar, qalety li “l-mibegħda u l-odju li għandhom l-Oppożizzjoni hi xi ħaġa li qatt ma rajtha”.

Hija spjegat li l-istqarrija Nazzjonalista tgħid li l-Prim Ministru Joseph Musca,t meta jkun dahru mal-ħajt fuq il-kwistjoni tal-Panama, juża kwistjonijiet marbutin ma’ LGBT.

Il-Ministru Dalli saħqet:”Fejn kien jaf x’se jistaqsi d-delegat Tork. Tassew tal-mistħija. Lanqas ridt nemminha l-istqarrija li ħarġu. Assolutament mhux aċċettabbli li nużaw sezzjoni tal-popolazzjoni tagħna b’dan il-mod.”

Hija nnutat li l-Oppożizzjoni, għan snin twal, tat dahrha lil komunità LGBTIQ u issa qed titkellem hekk.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Id- diversivi qed juzawhom tal- PN li hlief iqarrqu u jibuzullottjaw m’ humiex biex inessu l- gid li qed isir u l- fatt li qed jinkixfikhom ghawarhom. Il- fatt li jirreferu ghad – drittijiet tal- komunita LGBT+ f’ Dan il- mod juri kemm ma jemmnux gid- drittijiet tagghom!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend