It-Taljani japprezzaw Wirt iż-Żejtun

Nhar l-Erbgħa l-1 ta’ Frar 2017 infetħet wirja fotografika intitolata “Ix-Xlokk ta’ Malta” fl-Atriju tal-Għaqda Dinjija tal-Ikel u Agrikoltura (FAO) f’Ruma.

Il-ftuħ sar mid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-FAO, is-Sur Thomas Laurient u l-Ambaxxatriċi għal Malta f’Ruma, Dr. Vanessa Frazier. Il-wirja, li fiha ritratti tax-Xlokk ta’ Malta meħudin mill-Inġ. Charles Mifsud, kienet ġiet ikkumissjonata minn Wirt iż-Żejtun u kienet għamlet parti mill-attivitajiet li ġew organizzati s- sena l-oħra biex jiġi iċċelebrat għeluq il-ħames snin mill-fundazzjoni tal-għaqda.

Kelliema oħra kienu s-Sur Sergio Passariello, Ċermen tal-Mediterranean Academy of Culture, s-Sra Matilde Ferraro mill-fond kulturali “Paolo di Tarso”, kif ukoll l-Inġ. Charles Mifsud. Il-wirja, li hi waħda mill-attivitajiet li qed isiru tul il-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea, qed tittella’ fuq inizjattiva tal-Ambaxxata Maltija f’Ruma u ser tinżamm miftuħa għal pubbliku in ġenerali sal-aħħar t’April.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend