“Din mhix kriminali” – Jaqbżu għall-għalliema li weħlet ħames snin ħabs – One News

Notifiki

“Din mhix kriminali” – Jaqbżu għall-għalliema li weħlet ħames snin ħabs

Rabtin, għalliema kollegi u qraba ta’ għalliema li fl-aħħar jiem intbagħtet il-ħabs, bdew petizzjoni b’appell lill-awtoritajiet biex tinbidel il-liġi. Dan biex tkun l-omm ta’ 34 sena tkun tista’ teħel piena differenti mill-ħames snin ħabs li kienet ikkundannata fl-aħħar jiem.

Il-petizzjoni li bdiet iddur online tgħid li l-Qrati għandhom jimponu piena iktar ġusta. Dorianne Camilleri tajret żewġ anzjani fl-2011 u wieħed minnhom miet. L-oħra baqgħet b’diżabbiltà. Din is-sentenza peró qanqlet rabja fuq il-midja soċjali.

“Trid tkun tafha biex tifhem lil min se nibagħtu l-ħabs,” qalet għalliema li tkellmet magħna u li fissret il-weġgħa tagħha li tara omm ta’ ulied fl-aqwa tagħhom tkun issentenzjata għal snin wara ċ-ċella ta’ Kordin.

“Din mhix kriminali,” kompla jingħad lilna. Il-Qorti qalet li ħames snin kienet l-inqas piena li setgħet tagħti. U fid-dibattitu hemm min semma wkoll x’jistgħu jħossu l-qraba tal-vittmi tal-inċident, għalkemm il-messaġġ ta’ ħafna qed ikun li f’dan il-każ il-ħabs mhux se jkun ta’ kumpens.

Ta’ QabelLi Jmiss

8 Comments

  1. meta bnidem b rekord criminali tajar lil nanti ma wehilx habz ima sentenza sospiza u licenzja sospiza din xanda inqas minhu

  2. Min isuq bl-addocc u ma jghatux kaz ta’ min ikun ghaddej fit-triq, u b’rizultat t’hekk joqtol jew ikorri gravament lil-haddiehor ikollu jgorr il.konsegwenzi ta’ ghemilu.

    1. U jekk dawn il-persuni hargu ghall-arrieda fit-triq? Jekk is-sewwieq ikun qed jaghti kaz izda dawn in-nies jintlaqtu totalment tort taghhom, xi tghid hawnhekk?

  3. Il-qrati taghna qeghdin biex igennu n-nies. Jista’ xi hadd jilluminana kemm wehlu nies il-habs wara li ilhom snin jittajru u jinqatlu nies fit-toroq taghna? Anki tfal u zghazagh bla licenzja kellna li tajru nies, u baqghu jitmejlu fil-qrati taghna.

  4. Hemm bzonn aktar sens ta’ proporzjoni fil- qrati taghna. Ma jistghax ikun li nies recidivi jinghataw cans wara l- iehor jew min qatel ciklisti jew tajjar nies fuq il- pelican light (bhas- Sur Maximillian Ciantar) ma wehilx in- nofs li wehlet Dorianne. Issa ix- xhud li pprezentat ruha ghandha tbiddel l-affarijiet…… Dorianne mhix kriminali!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend