52 tqal taħt it-tmintax-il sena fl-2016 – One News

Notifiki

52 tqal taħt it-tmintax-il sena fl-2016

Tnejn u ħamsin tfajla fittxew l-għajnuna taċ-ċentru Għożża fl-2016. Dan għax inqabdu tqal qabel l-eta’ ta’ tmintax-il sena. Għalkemm numru li jidher mhux żgħir dan huwa inqas mill-madwar mija li sa sitt snin kienu jirrikorru għand dan iċ-ċentru.

Melanie Bonavia, uffiċċjal tas-Servizz Għożża li jaħdmu ma tfajliet li jkun ħarġu tqal taħt l-eta tkellmet dwar dan waqt il-programm One News Breakfast. Spjegat li ċ-ċentru joffri kemm programmi ta’ councelling kif ukoll pjan ta’ azzjoni għal kull tfajla.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend