Tibda ż-żjara uffiċjali tal-Prim Ministru tat-Turkija f’pajjiżna – One News

Notifiki

Tibda ż-żjara uffiċjali tal-Prim Ministru tat-Turkija f’pajjiżna

Il-Prim Ministru tat-Turkija Binali Yıldırım wasal f’pajjiżna ma tlugħ ix-xemx. Kien il-Ministru għat-trasport Joe Mizzi li laqgħu f’pajjiżna. Aktar tard matul il-jum tal-ġimgħa, il-Prim Ministru tat-Turkija se jkun qed jiltaqa’ mal-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca u mal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Matul din iż-żjara uffiċjali huwa mistenni li Binali Yıldırım jiffirma memorandum of understanding flimkien mal-Prim Ministru Joseph Muscat. Biex imbagħad wara li jindirizzaw konferenza tal-aħbarijiet konġunta, ż-żewġ Prim Ministri se jkunu qed jindirizzaw delegazzjoni tan-negozji mit-Turkija flimkien mal-kamra tal-kummerċ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend