Malta se tiftaħ ambaxxata fit-Turkija – One News

Notifiki

Malta se tiftaħ ambaxxata fit-Turkija

Pajjiżna se jkun qed jiftaħ ambaxxata fit-Turkija, liema aħbar il-Prim Ministru Tork laqa’ b’sodisfazzjon. Kien il-Prim Ministru Joseph Muscat li ta din l-aħbar f’konferenza tal-aħbarijiet konġunta bejn il-Prim Ministru Malti u l-Prim Ministru Tork wara laqgħa li kellhom f’Kastilja bħala parti miż-żjara uffiċjali tal-President Tork f’pajjiżna. Din kienet propju l-ewwel  żjara uffiċjali tal-Prim Ministru Tork.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr li bil-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea se jkun qed jagħti importanza s-sitwazzjoni fit-Turkija, fid-dawl tal-aħħar żvilluppi fir-reġjun Mediterranju. Saħaq li huwa kuntent bl-investiment Tork f’pajjiżna, speċjalment fil-qasam marittimu u li jħares ‘il quddiem lejn iktar kollaborazzjoni kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi.

Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru Tork, filwaqt li rringrazzja l-Gvern Malti għall-ospitalitá saħaq li huwa kburi li l-ewwel żjara uffiċjali kellha taħbat mal-50 sena anniversarju mit-twaqqif tar-relazzjoni diplomatika bejn iż-żewġ pajjiżi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend