488 karozza barranija mfittxija fuq sewqan eċċessiv f’xahrejn biss – One News

Notifiki

488 karozza barranija mfittxija fuq sewqan eċċessiv f’xahrejn biss

Fuq medda ta’ xahrejn fl-2016, ftit inqas minn ħames mitt vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, nqabdet issuq b’veloċita eċċessiva f’pajjiżna. Dawn il-vetturi issa qed jiġu mfittxija mill-awtoritajiet Maltin għall-infurzar. Ta din l-informazzjoni l-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi fil-Parlament fejn spjega kif permezz ta’ Direttiva Ewropea li bdiet taħdem f’Malta minn Awissu li għadda, l-awtoritajiet Maltin issa għandhom aċċess għall-informazzjoni tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi barranin li jwettqu kontravenzjonijiet f’pajjiżna.

Il-Ministru Mizzi qal li bejn Awissu u Settembru li għadda, 488 vettura barranija kissret ir-regolamenti tat-traffiku Maltin, u issa qed jiġu nvestigati minn Transport Malta. 445 minn dawn kienu vetturi mill-Italja, 11 mill-Ġermanja, u disa vetturi oħra li kienu rreġistrati f’pajjiżi Ewropej differenti.

Kull wieħed minn dawn qed jiġi investigat minħabba sewqan eċċessiv. Id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea ġiet fis-seħħ fl-elfejn u ħmistax biex Stati Membri jkollhom aċċess għall-informazzjoni ta’ vetturi barranin li jiksru kwalunkwe regolament tat-traffiku ta’ Stat Membru ieħor. Madanakollu f’Malta hawn ukoll vetturi reġistrati f’pajjiżi Afrikani li d-direttiva ma tkoprix.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Sempliċi.
    Dawn ma jiġux u jitilqu bl-ajru.
    Itfgħu d-dettaji minnufih fuq website u nfurmaw lil tal-katamaran u anki lill-vapuri li jkunu deħlin Malta.
    Kull min minnhom jikser il-liġi waqqfuħ meta jkun se jitla fuq il-katamaran jew vapur ieħor u ssekwestraw il-karozza sakwemm iħallas ta’ kollox, inkluż il-flus biex il-karozza tiġi sekwestrata.
    Dwar karozzi reġistrati fl-Afrika tħalluhomx idaħħluhom.
    Jekk iridu jixtru jew jikru waħda minn Malta.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend