Toni Bezzina se jirtira l-applikazzjoni għax inqabad – One News

Notifiki

Toni Bezzina se jirtira l-applikazzjoni għax inqabad

Wara li nqabad li ried jeqred biċċa art ODZ bi żvilupp lussuż għall-gwadan personali, id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina issa qed jgħid li se jkun qed jirtira l-applikazzjoni tiegħu.

Fi stqarrija permezz tal-Partit Nazzjonalista Bezzina ddefenda l-applikazzjoni tiegħu, għax skond hu kien se jagħmel biss restawr u li kollox kien skond il-policies tal-Awtorità tal-Ippjanar. għalkemm imbagħad qal li xorta waħda se tkun irtirata l-applikazzjoni li saret fuq isem martu.

Mitlub jikkummenta dwar dan l-iżvilupp l-Editur tal-ġurnal KULLĦADD, Aleander Balzan, qal li Toni Bezzina qed jaġixxi b’konvenjenza politika għax inqabad.

“Il-verità hi li Toni Bezzina ma jemminx dak li kiteb fid-dokument dwar l-ambjent tal-Partit Nazzjonalista. Li kieku kien jemmen li ODZ is ODZ ma kienx japplika biex taħt l-Imdina jibni villa bi swimming pool f’żona li hi saħanstira protetta,” qal Balzan li żied jgħid jekk hemm xi ħaġa pożittiva f’dan kollu hi li l-gazzetta KULLĦADD se tkun ir-raġuni għaliex żona ambjentali mill-isbaħ se tkun salvata.

“Dan ma jfissirx li fil-jiem li ġejjin mhux se nippubblikaw iktar dokumenti u dettalji li juru x’irid jagħmel Toni Bezzina f’ODŻ,” qal Balzan.

Ta’ QabelLi Jmiss

5 Comments

  1. Ghalhekk ma ghandekx tajjar il haddiehor Ton qed tara kif tinten ukoll hadd wara hadd jasal ta kulhadd coz miskien ma kienx jaf …hallina tridx .possibli li meta xtrajt l art ma cekkjatx fuqa fir ricerki ?

  2. Inqabad il-gurdien!! Issa troppo tardi, l-intenzjoni hemm kienet.

    Iktar minn hekk, ma nafux tergax tapplika gala darba u jekk tkunu fil-gvern!!

  3. Tgħid Tony Bezzina u George Pullicino jikkompetu ma xulxin għall min minnhom hu l-aktar deputat nadif li qatt kellna fil-Parlament?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend