Mistenni minn kulħadd minn madwar id-dinja – One News

Notifiki

Mistenni minn kulħadd minn madwar id-dinja

Wasal iż-żmien mistenni minn kulħadd… u dan mhux biss f’Malta!

Madwar id-dinja bdew iċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mal-Karnival, fejn per eżempju fi Pjazza San Mark f’Venezja – belt sinonima ħafna ma’ dawn il-jiem ta’ bluha, eluf ta’ nies ħadu sehem fil-ftuħ grandjuż tal-Karnival.

Akrobati akkumpanjati b’fanali jixgħelu fid-dlam taw spettaklu maġiku biswit il-Grand Canal ta’ Venezja.

Dan tal-aħħar kien ikkumplimentat minn numru ta’ dgħajjes li mxew b’mod sinkronizzat biex paxxew lil dawk kollha li minn madwar id-dinja marru f’dil-belt Taljana għaċ-ċelebrazzjonijiet.

Il-belt Franċiża Nizza wkoll bdiet biċ-ċelebrazzjonijiet, iżda evidenti s-sigurtà kbira li qed tiddomina permezz ta’ mitejn uffiċjal tal-Pulizija li qed jgħassu kull rokna ta’ kull triq.

Dan fi żmien meta għadha qed tipprova tirkupra mill-attakk terroristiku f’Jum Bastilja s-sena li għaddiet li ħasad il-ħajja t’aktar minn tmenin persuna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend