Żewġ persuni l-isptar wara ħabta f’Ħal Far – One News

Notifiki

Żewġ persuni l-isptar wara ħabta f’Ħal Far

Tfajla ta’ 19-il sena u raġel ta’ 59 sena ttieħdu l-isptar wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’Ħal Far.

It-tfajla ta’ 19-il sena residenti Birżebbugia kienet qed issuq vettura tat-tip Opel Corsa meta għal xi raġuni kellha impatt ma’ vetura oħra tat-tip Isuzu Gemini misjuqa minn raġel ta’ 59 sena residenti f’Ħal Kirkop.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:00 ta’ dalgħodu fi triq Ħal Far f’Ħal Far.

Iż-żewġ sewwieqa ttieħdu l-isptar Mater Dei b’ambulanza. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend