Diversi persuna midruba wara ‘splużjoni’ fi Franza – One News

Notifiki

Diversi persuna midruba wara ‘splużjoni’ fi Franza

Diversi persuni sfaw midruba wara li rapporti fuq midja barranija qed tgħid li kien hemm splużjoni u kif ukoll nirien fil-metro station tal-kapital ta’ Franza.

Ġurnalist Franċiż irrapporta kif tmien persuni ndarbu kawża tal-inċident, fejn fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-Pulizija u kif ukoll ta’ membri tat-tifi tan-nar biex jikkontrollaw in-nirien.

Kelliem għall-Pulizija tkellem ma’ Reuters fejn insisita li “Dan mhux att terroristiku.”

Żied jgħid li żewġ persuni ġarrbu ġrieħi ħfief wara li belgħu d-dħaħen.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend