Sitt ħaddiema tar-Red Cross jinqatlu mill-Istat Islamiku – One News

Notifiki

Sitt ħaddiema tar-Red Cross jinqatlu mill-Istat Islamiku

Sitt ħaddiema tar-Red Cross mill-Afganistan inqatlu minn agressur suspettat tal-Istat Islamiku.

Dan wara sparatura li seħħet fil-provinċja fit-Tramuntana tal-Afganistan, Jowzjan. Il-ħaddiema nqatlu fiż-żona ta’ Qush Tepa.

Tnejn oħra għadhom ma nstabux u huma maħsuba li nħatfu mill-grupp tal-Istat Islamiku. Intant, l-Istat Islamiku ilu attiv fl-Afganistan mill-elfejn u ħmistax, b’attakki riċenti fil-Lvant u f’Kabul.

Sa issa pero, għadu ħadd ma refa’ responsabbilta ta’ dan l-attakk.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend