Notifiki

SUMMIT: Fir-rikkezza tal-Palazz tiskatta d-diskussjoni

Il-mexxejja tal-istati membri Ewropej intlaqgħu fil-Palazz tal-Gran Mastri mill-Prim Ministru Joseph Muscat, il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk flimkien mal-President tal-Kumissjoni Ewropea Jean Claude Juncker.

Jispikka t-tiżjin mill-isbaħ fl-isfond li juri l-ġmiel tal-Palazz, li bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet tas-summit informali fis-sala ewlenija li fiha kienu jiltaqgħu l-Membri Parlamentari Maltin, l-istess kamra li se tkun qed tiddeċiedi l-futur tal-Unjoni Ewropea.

Is-summit se jiġi presedut mill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk u l-Prim Ministru Malti Joseph Muscat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend