Malta tingħata €8 miljuni bi ftehim man-Norveġja u l-EEA – One News

Notifiki

Malta tingħata €8 miljuni bi ftehim man-Norveġja u l-EEA

Ftehim li l-Gvern iffirma man-Noverġja u l-pajjiżi tal-EEA (European Economic Area) wassal biex għat-tielet darba pajjiżna jingħata fondi, liema fond huwa ta’ €8,000,000. Dawn il-fondi li ġejjin mill-EEA and Norway Grants, se jkunu qed jintużaw sal-2021, fondi li se jiġu investiti mill-Gvern Malti fi proġetti tal-kultura, saħħa, tfal, żgħażagħ f’riskju u żvillupp lokali.

Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet li indirizzaw il-Prim Ministru tan-Noverġja li bħalissa tinsab f’pajjiżna fuq żjara u l-Prim Ministru Malti.

Intqal ukoll li l-ġimgħa matul is-summit se jkun diskuss dokument dwar kif għandha tiġi indirizzata l-imigrazzjoni. Il-Prim Ministru stqarr li d-diskussjonijiet mal-Libja huma mportanti biex il-Gvern Libjan jingħata l-għajnuna biex ikun jista’ jħares il-fruntieri.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Grandissimo Joseph! Min ghandek pajjizna hlief gid kontinwu ma jiehux meta minn haddiehor hlief hsara u velenu ma jduqx. GRAZZI!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend