Għada l-ewwel żjara uffiċjali tal-President tal-Parlament Ewropew f’pajjiżna – One News

Notifiki

Għada l-ewwel żjara uffiċjali tal-President tal-Parlament Ewropew f’pajjiżna

Il-President tal-Parlament Ewropew bl-ewwel żjara uffiċjali f’pajjiżna

Hekk kif il-ġimgħa f’pajjiżna se jsir summit informali għall-mexxejja tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea, għada, l-President tal-Parlament Ewropew il-ġdid se jkun qed jagħmel l-ewwel żjara uffiċjali tiegħu f’pajjiżna.

Dan huwa l-programm taż-żjara ta’ Antonio Tajani:

14:00 – Il-President tal-Parlament Ewropew se jiltaqa’ mal-Ministru għall-affarijiet barranin George Vella f’Palazzo Parisio, il-Belt Valletta.

15:15 – Laqgħa mal-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil.

16:30 – Żjara fl-uffiċju tal-informazzjoni tal-Parlament Ewropew.

17:00 – Laqgħa mas-soċjetá ċivili Maltija f’Dar l-Ewropa.

18:00 – Laqgħa ta’ korteżija mal-ispeaker tal-kamra tar-rappreżentanti Anġlu Farruġia .

20:00 – Ikla mal-Prim Ministru Joseph Muscat, il-President tal-Kummisjoni Ewropea Jean Claude Juncker u l-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk

Antonio Tajani ġie elett bħala President tal-Parlament Ewropew fis-17 ta’ Jannar, 2017 għal terminu ta’ sentejn u nofs. Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien l-ewwel mexxej li iltaqa’ mal-President il-ġdid tal-Parlament Ewropew.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend