AVVIŻ importanti dwar il-parkeġġ fil-Belt Valletta għada u l-Ġimgħa – One News

Notifiki

AVVIŻ importanti dwar il-parkeġġ fil-Belt Valletta għada u l-Ġimgħa

B’rabta mal-avvenimenti relatati mal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea, għada, 2 ta’ Frar 2017, se jkun restritt it-traffiku u mhux se jkun permess li jsir parkeġġ fit-toroq u fil-ħinijiet indikati, ġewwa l-Belt Valletta.

Żoni mingħajr parkeġġ: Mill-5.00 ‘il quddiem:

Ir-residenti tal-Belt Valletta għandhom il-permess li jħallu l-vettura pparkjata sas-6.00, mil-lejl ta’ qabel.

• Triq ir-Repubblika – Triq l-Arċisqof u Triq San Iermu
• Triq il-Mediterran – bejn Triq San Nikola u l-Fosos ta’ Sant Iermu
• Il-Pjazza tal-Evans
• Il-Fosos ta’ Sant Iermu – bejn Triq il-Lanez u l-Pjazza tal-Evans
• Triq it-Tramuntana – bejn Triq Merkanti u l-Pjazza tal-Evans
• Triq San Bastjan – bejn Triq il-Lanez u l-Gun Post (Ring Road)
• Xatt il-Barriera – bejn ir-roundabout tat-Telgħet Ta’ Liesse u l-Monument tal-Qanpiena (Ring Road)
• Xatt Lascaris – Bejn il-Mina tad-dwana u Telgħet il-Kurċifiss
• Xatt Pinto – Bejn Xatt Lascaris u l-Mina tal-Parkeġġ tal-MCP
• Telgħet il-Kurċifiss – Il-parkeġġ ta’ taħt ir-triq (Il-Parkeġġ tan-Nestle)
• Telgħet il-Kurċifiss – minn Xatt Lascaris sa Triq Vilhena • Triq Vilhena – minn Triq il-Kapuċċini sa triq San Franġisk
• Triq San Franġisk – minn Triq Vilhena sal-Monument tal-Gwerra
• Triq l-Assedju l-Kbir – mill-War Memorial sa Triq Hanibal Scicluna

L-inħawi ta’ wara id-Dar tal-Mediterran:
• Triq l-Isptar l-Antik – bejn Triq San Pawl u Triq Merkanti (inkluż il-parkeġġ ta’ ma’ genb Dar il-Mediterran)
• Triq San Pawl – bejn Triq San Nikola u Triq l-Isptar l-Antik
• Triq Sant Ursola – bejn Triq San Nikola u Triq il-Bjar
• Triq il-Bjar – bejn Triq San Nikola u Triq l-Isptar l-Antik Matul il-ġurnata kollha

L-inħawi ta’ madwar il-lukanda Excelsior:
• Pjazza Hannibal Scicluna – il-parkeġġ kollu
• Triq Hannibal Scicluna – bejn Triq l-Assedju l-Kbir u il-Bażi Marittima tal-AFM
• Xatt it-Tiben – bejn il-Bażi Marittima tal-AFM u l-lukanda Excelsior
• Belt Is-Sebħ – bejn l-Ospizio u Triq Hannibal Scicluna
• Triq Joseph Mangion – bejn il-Librerija Pubblika ta’ Malta u Bieb il-Polverista, inkluż l-inħawi ta’ Ġnien is-Swar tal-Msida

L-Aċċess u l-Ipparkjar fiż-Żona tal-Madwar tal-lukanda Excelsior huwa restritt għat-traffiku fil-ħinijiet kollha, ħlief għal persuni akkreditati u klijenti tal-lukanda Excelsior, il-Librerija Pubblika, ir-Restoration Unit, Impjegati tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, Membri tat-Taqsima Marittima AFM u impjegati u klijenti tal-Istabbiliment Haywharf.

Arranġamenti ta’ Parkeġġ Alternattiv

Għalkemm ir-residenti ser ikunu jistgħu jipparkjaw il-vetturi tagħhom matul il-lejl bejn it- 2 u it- 3 ta’ Frar 2017 saru arranġamenti alternattivi ta’ parkeġġi għal dawk affetwati fil-Lokalitajiet tal-Belt u l-Furjana.

Dawn l-arranġamenti saru bejn Transport Malta u l-Kunsilli Lokali affetwati sabiex residenti milquta’ mir-restrizzjonijiet imsemmija hawn fuq ikunu jistgħu jipparkjaw fil-Parkeġġ tal-MCP il-Furjana, fejn ser jiġi offrut ukoll is-servizz tal-Park & Ride.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend