Peter Paul ta’ Tribali jgħallem lit-tfal tal-Filippini…”Never Give Up”! – One News

Peter Paul ta’ Tribali jgħallem lit-tfal tal-Filippini…”Never Give Up”!

Peter Paul, mill-grupp mużikali Tribali, temm missjoni fil-Filippini b’mod speċjali. Waqt li jinsab hemm jagħmel xogħol ma’ tfal fejn jidħol talent mużikali, għallimhom verżjoni orkestrali tal-kanzunetta “Never Give Up”. L-arranġament mużikali għamlu qabel mar il-Filippini, u rrakkonta kemm huwa kuntent li f’temp ta’ ġimgħatejn, dawn it-tfal li taraw fil-filmat irnexxilhom jagħmlu din l-interpretazzjoni.

Fost oħrajn irringrazzja lill-missjunarju Malti Fr Joseph Cremona, li ħa ħsieb il-proġett.

Każ ta’ talent Malti li sarraf f’ġid lil hinn minn xtutna. Mhux talli hekk, talli omm u missier Peter Paul akkumpanjawh fil-proġett…missieru għandu 73 sena.

Din hija ‘Never Give Up’ l-oriġinali

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *