Azzopardi tela’ Brussell jimita lil Casa u ġralu l-istess – One News

Notifiki

Azzopardi tela’ Brussell jimita lil Casa u ġralu l-istess

Il-Partit Nazzjonalista bagħat lid-deputat Jason Azzopardi biex fi Brussell jitkellem kontra l-Gvern Malti. F’laqgħa f’kumitat bejn membri parlamentari mill-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u membri tal-kumitati għall-affarijiet ekonomiċi u dak Pana Azzopardi qal li dan huwa mument imbarazzanti għal Malta. F’istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea tkellem biss dwar temi lokali, mill-Kummissarji tal-Pulizija għal mod kif skont hu l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ma jridx jikkopera mal-istituzzjonijiet Ewropej.

Dan anke dwar direttivi marbuta ma’ amministrazzjoni finanzjarja. U bħal David Casa ftit tal-jiem ilu Jason Azzopardi kellu liċ-ċermen tal-kumitat iġibu f’postu. Din id-darba kien Werner Langen mill-Partit tal-Popolari Ewropej li qallu li l-kumitat ġej Malta u diġa’ ftiehem għal numru ta’ laqgħat fosthom mal-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna.

Fl-istess kumitat intervjena l-Ministru Owen Bonnici, li filwaqt li baqa’ ffokat fuq il-ħidma Ewropea li ssejħu Brussell għaliha fakkar kif fil-mument Jason Azzopardi huwa l-aħħar wieħed li jista’ jitkellem dwar governanza tajba.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. Miskin ma jistax isib kenn imkien. L-anqas minn shabu tal -Partit Popolari Ewropew. Politika ta’ tradiment lejn pajjizhom minn nies li ma jifilhux jaraw lic-ckejkna Malta mhix biss tiffjorixxi izda sahansitra tkun l-GHIRA TAL-BARRANI.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend