Aktar minn miljun ruħ kontra li Trump iżur l-Ingilterra – One News

Notifiki

Aktar minn miljun ruħ kontra li Trump iżur l-Ingilterra

Miljun persuna ffirmaw petizzjoni biex titħassar iż-żjara statali fl-Ingilterra li mistenni jagħmel il-President tal-Amerika, Donald Trump.

Dawn il-firem żdiedu wara li aktar nies saru jafu dwar l-ordni eżekuttiva li ffirma Trump biex ċittadini minn seba’ pajjiżi Musulmani jitwaqqfu milli jidħlu fl-Istati Uniti.

Kienet il-Prim Ministru Theresa May li ħabbret li l-President tal-Amerka se jkun qed iżur l-Ingilterra, iżda minkejja li l-pubbliku huwa kontra din iż-żjara, sal-illum iż-żjara għadha ser issir.

Kien il-mexxej tal-Partit Laburista Ingliż li propona li din iż-żjara tiġi posposta. Huwa qal li Donald Trump m’għandux jidħol l-Ingilterra filwaqt li “jabbuża mill-valuri tagħna u jattakka lir-refuġjati u n-nisa.” Kien propju b’dan il-messaġġ, li Corbyn beda din il-petizzjoni.

Corbyn saħaq li Theresa May se tiddiżappunta lil poplu Ingliż jekk ma tippostponiex ż-żjara statali.

Kull petizzjoni li taqbeż l-100,000 firma trid tiġi diskussa fil-Parlament Ingliż filfatt din il-petizzjoni se tiġi diskussa t-Tlieta.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. Ghalkemm wiehed jista ma jaqbilx ma decizzjonijiet li qed jiehu Trump, gvern m’ghandux jindahal f’decizzjonijiet li jiehu gvern iehor u li jikkoncernaw il-politika interna ta’ dak li stat.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend