F’Aleppo tirritorna l-logħba tal-ballun – One News

Notifiki

F’Aleppo tirritorna l-logħba tal-ballun

F’Aleppo rritorna l-logħob tal-ballun dan hekk kif għall-ewwel darba f’ħames snin intlagħbet logħba mill-kampjonat lokali.

Il-belt li kienet fil-qalba ta’ ġlied imdemmi bejn il-forzi leali lejn il-Gvern Sirjan u r-ribelli ospitat logħba football ferm kumbattuta bejn Al-Ittihad u Hurriya.

Kienu Al-Ittihad li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1. Dawn iż-żewġ timijiet ilhom żmien jilagħbu barra minn darhom minħabba l-gwerra.

Fl-istadium, apparti l-partitarji taż-żewġ timijiet spikkaw il-forzi tal-Gvern Sirjan li offrew sigurtà stretta waqt il-logħba filwaqt li evidenti kien il-kontroll li għandu l-Gvern tal-pajjiż.

Dan wara li fl-istadium kien hemm ritratt kbir tal-President Sirjan Bashar al-Assad li aktar qabel fisser ir-rebħ mill-ġdid t’Aleppo bħala kisba importanti biex jerġa’ jġib l-istabbilità fil-pajjiż mifni bi gwerra ċivili.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend