Bir-ritratti: Infetħu bibien is-sema u ntlew il-Widien ta’ Chadwick – One News

Notifiki

Bir-ritratti: Infetħu bibien is-sema u ntlew il-Widien ta’ Chadwick

F’Jannar stenna xita, ksieħ u nar. Hekk jgħid il-qawl Malti u żgur mhux sejjer żmerċ, dan hekk kif tmiem ix-xahar ta’ Jannar qed inqattgħuh b’ksieħ u xita li qed  timla l-widien ta’ Chadwick Lakes li żvujtaw tul ix-xitwa xotta tal-2016.

Fil-waqt li bosta jaf ma jkollhomx ix-Xitwa għal qalbhom, wieħed ma jistax ma japprezzax il-ġid li ġġib magħha x-xita, xita li tkun mistennija ferm mill-bdiewa Maltin.

Ritratti mill-isbaħ meħuda mill-fotografu Kevin Abela mid-Dipartiment tal-Informazzjoni, jixdhu kif ic-Chadwick Lakes ingħata l-ħajja mill-ġdid bl-ilma tax-xita miġbur jagħti pjaċir lill-papri li kienu hemm.

Fotografu: Kevin Abela – DOI

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. X hasra tara raddiena tal ilma mkissra. Kienu tant sbieh isebbhu l ghelieqi taghna. Tkun idea tajba kieku l ftit li fadal jigu salvati bxi mod.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend