Jinġabru aktar minn 250 kilo tapp tal-plastik minn lokalità waħda – One News

Notifiki

Jinġabru aktar minn 250 kilo tapp tal-plastik minn lokalità waħda

Aktar minn 250 kilo tapp tal-plastik inġabru fil-lokalità tal-Marsa minn 19il tifel u tifla residenti tal-lokal. Il-Kunsill Lokali tal-Marsa ħa din l-inizjattiva biex jitqajjem aktar għarfien dwar l-importanza li nirriċiklaw il-plastik u li nibżgħu għall-ambjent, filwaqt li bl-inizjattiva li ħadu għenu wkoll lill-Community Chest Fund.

Il-Ministru José Herrera ppreżenta l-premijiet lill-parteċipanti kollha li ħadu sehem fil-ġbir ta’ dawn it-tappijiet tal-plastik.

Il-Ministeru għall-iżvilupp sostenibbli, ambjent u tibdil fil-klima għaddej b’kampanja pożittiva li l-Ministeru tiegħu qed jagħmel biex ikomplu jinvestu fl-ambjent ta’ madwarna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend