Jiltaqgħu seba’ pajjiżi – Malta waħda minnhom – One News

Notifiki

Jiltaqgħu seba’ pajjiżi – Malta waħda minnhom

Il-Prim Ministru Malti bħalissa jinsab f’Lisbona, f’summit bejn seba’ pajjiżi li jinsabu fin-nofsinhar tal-Ewropa.
Il-mexxejja ta’ Malta, il-Portugall, Ċipru, Franza, Greċja, l-Italja u Spanja jinsabu fil-kapitali Portugiża f’dak imsejjaħ bħala l-MED 7 summit. Aktar milli joħolqu grupp għalihom, dawn il-pajjiżi fin-nofsinhar tal-Ewropa mistennija jirriflettu dwar il-futur tal-Ewropa qabel is-summit informali li se jsir f’pajjiżna nhar il-Ġimgħa li ġej. Il-mexxejja ta’ dawn il-pajjiżi qegħdin jiddiskutu temi bħall-immigrazzjoni, is-sigurtà nazzjonali u l-isfidi ekonomiċi.

Dwar l-immigrazzjoni, dawn il-pajjiżi meqjusa bħala l-ewwel destinazzjoni li jilqgħu l-akbar influss ta’ immigranti mistennija joħorġu b’pożizzjoni komuni sabiex l-istati membri oħra joffru solidarjetà u jgħinu biex tiġi indirizzata din l-isfida. Il-mexxejja mistennija anki jappellaw għal aktar flessibilità fiskali skont dak stabbilit mill-Patt għat-Tkabbir u Stabilità fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

Intant BREXIT huwa kwistjoni oħra fuq l-aġenda ta’ dan is-summit fil-Portugal filwaqt li l-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet għas-sigurtà tal-Ewropa se tkun ukoll parti mid-diskussjoni f’din il-laqgħa.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend